L-inizjattivi ta' Tim Ewropa (“TEIs”) jiffukaw fuq l-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet kritiċi li jillimitaw l-iżvilupp f’pajjiż jew reġjun partikolari, fejn sforz ikkoordinat u koerenti minn “Tim Ewropa” jiżgura riżultati b’impatt trasformattiv.
Dawn huma illustrazzjoni prattika ta’ kif il-prijoritajiet tal-UE jinbidlu f’riżultati konkreti fil-prattika.
X’inhu Tim Ewropa?
Dan l-“approċċ ta' Tim Ewropa” jfisser li ningħaqdu flimkien sabiex l-azzjoni esterna konġunta tagħna ssir aktar mis-somma tal-partijiet tagħha. Billi naħdmu flimkien u naqsmu r-riżorsi u l-għarfien espert tagħna, aħna nagħtu aktar effettività u impatt akbar.
Tim Ewropa jikkonsisti mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE — inklużi l-aġenziji ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-banek pubbliċi tal-iżvilupp — kif ukoll il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ).
Tim Ewropa inizjalment ġie stabbilit biex jiżgura rispons koordinat u komprensiv bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha għall-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha.
L-approċċ il-ġdid malajr sar is-sinsla ta’ Global Europe (l-għodda finanzjarja ewlenija għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE mill-2021 sal-2027) u l-programmazzjoni tagħha. Dan jinkludi b’mod partikolari l-konċepiment ta’ Inizjattivi ta' Tim Ewropa, li huma l-inizjattivi ewlenin tal-approċċ ta’ Tim Ewropa.
Fundamentali għal kulħadd hi ambizzjoni mġedda u rienerġizzata tal-UE li “naħdmu aħjar flimkien”, kif deskritt oriġinarjament fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2017.
Approċċ rivoluzzjonarju
Qatt qabel ma ngħaqdu atturi ewlenin Ewropej għall-iżvilupp b’tali mod ikkoordinat u impenjat biex jiġu kkombinati r-riżorsi u l-għarfien espert. L-iskala tal-inizjattivi, b’aktar minn 150 TEI li qed jitħejjew madwar id-dinja (ara l-ħarsa ġenerali hawn taħt), hi wkoll bla preċedent.
L-inizjattivi ta' Tim Ewropa jiffukaw fuq objettivi komuni fl-aktar livell xieraq ta’ azzjoni, kemm f’livell ta’ pajjiż, ta’ diversi pajjiżi jew reġjonali.
Huma miftuħin għall-parteċipanti kollha ta' Tim Ewropa li huma interessati li jaħdmu flimkien fuq it-tfassil, il-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-azzjoni biex isir l-aħjar użu mill-għarfien espert u r-riżorsi Ewropej.
It-TEIs jiġbru flimkien ukoll l-aħjar taħlita possibbli ta’ għodod, modalitajiet u sħab (eż. OSĊ u s-settur privat) biex iwasslu l-impatt maħsub.
Ħarsa ġenerali lejn l-Inizjattivi ta’ Tim Ewropa
L-Inizjattiva ta' Tim Ewropa u t-Tracker tal-Programmazzjoni Konġunta joffru ħarsa ġenerali lejn it-TEIs u l-programmazzjoni konġunta.
It-tracker juri informazzjoni dwar it-TEIs u l-proċess ta’ programmazzjoni konġunt li qed jiġi segwit għal kull pajjiż, kif ukoll il-membri parteċipanti ta’ Tim Ewropa u dokumenti oħrajn ta’ sostenn. Hemm ukoll informazzjoni aggregata dwar it-TEIs skont ir-reġjun.
Aħbarijiet reċenti

- News announcement
Today, Global Gateway with its Team Europe partner Denmark has reached a significant milestone in Ethiopia with the Assela wind farm: its first turbines have started feeding power into the national grid of Ethiopia.
- 3 min qari
- News announcement
On 5-7 May, Commissioner for International Partnerships Jozef Síkela went on a mission to Madrid to meet with Spanish stakeholders with the objective to advance the EU’s Global Gateway strategy as well as to strengthen the Team Europe approach.
- 2 min qari

- News announcement
Today, a major Global Gateway milestone was reached with the inauguration of the Logone bridge, linking Yagoua in Cameroon’s Far North Region and Bongor in Chad.
- 2 min qari