Skip to main content
International Partnerships

Ċentru ta’ għarfien

It-tagħlim u l-kondiviżjoni tal-għarfien huma fil-qalba tal-proċess tagħna. Dawn jgħinuna nippromwovu l-koerenza tal-politika u l-effettività tal-iżvilupp. Żviluppajna diversi għodod li l-istaff u s-sħab kollha tagħna għandhom aċċess għalihom.

Strateġija għall-ġestjoni tal-għarfien

L-għan tal-istrateġija hu li d-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali jsir organizzazzjoni kollaborattiva u ta’ tagħlim li tiżviluppa, taqsam u tapplika l-għarfien u l-għarfien espert li teħtieġ biex twettaq il-missjoni tagħha.

Capacity4dev

Capacity4dev hi l-pjattaforma online tal-Unjoni Ewropea għall-kondiviżjoni tal-għarfien li tgħaqqad il-professjonisti tal-iżvilupp, bil-ħsieb li jiġu skambjati l-għarfien u t-tagħlimiet meħudin dwar l-attivitajiet tagħhom madwar id-dinja. Ingħaqad mal-komunità biex tikkonnettja mal-pari, tgħallem minnhom, u aqsam l-esperjenzi tiegħek.

Akkademja tas-Sħubijiet Internazzjonali tal-UE

L-Akkademja tas-Sħubijiet Internazzjonali tal-UE hi l-portal ċentralizzat tagħna tat-tagħlim elettroniku, li fih korsijiet online bla ħlas u interattivi, materjal ta’ tagħlim, videos, webinars live eċċ. Miftuħha għall-komunità tal-iżvilupp internazzjonali kollha, hi tippromwovi l-koerenza tal-politika billi taqsam l-approċċi tagħna mas-sħab kollha tagħna.

Komunikazzjoni u żieda fil-viżibbiltà tal-UE

Il-Komunikazzjoni effettiva hi komponent essenzjali ta’ proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni ffinanzjati mill-UE li jirnexxu. Is-sħab iridu jippjanaw attivitajiet ta’ komunikazzjoni mill-bidu tal-azzjonijiet tagħhom.
Ir-“Rekwiżiti ta’ Komunikazzjoni u Viżibbiltà” għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018, u japplikaw għall-kuntratti kollha ffirmati minn dik id-data.

Linji gwida dwar il-kontenut diġitali

Il-linji gwida huma mfasslin biex jappoġġjaw lid-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali, lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-fornituri esterni tas-servizzi biex jipproduċu kontenut diġitali b’saħħtu, kontemporanju u konsistenti, li jirrifletti l-istil verbali u viżiv tas-Sħubijiet Internazzjonali tal-UE.

L-aħħar pubblikazzjonijiet tagħna

Aktar pubblikazzjonijiet